Mistoqsijiet li jsiru spiss

1. Liem’ huma l-pajjiżi msieħba fil-proġett epSOS?

Sal-2012, fil-proġett ħadu sehem fih 47 organizazzjoni minn 20 pajjiz tal-Unjoni Ewropeja u 3 pajjiżi oħra li mhumiex membri fl-UE.

Nazzjonijiet li sal-2012 ħadu parti fil-proġett epSOS

Awstrija

Italja

Slovakja

Belġju

Malta

Slovenja

Danimarka

Norveġja

Spanja

Estonja

Olanda

Svezja

Finlandja

Polonja

Svizzera

Franza

Portugall

Turkija

Ġermanja

Renju Unit   

Ungerija

Greċja

Repubblika Ċeka

 

Ma’ dawn, fl-2013 ingħaqdu l-Kroazja u l-Lussemburgu.

 

2.  L-epSOS hu proġett ta’ riċerka?

Le.  L-epSOS huwa dak li jissejjah ”proġett ta’ support għall-politika tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni” (Information & Communication Technology Policy Support Project), minn fejn soluzzjonijiet tekniċi eżistenti joperaw u jikkomunikaw reċiprokament minn pajjiz għall-ieħor.  Dan ser jiġi pprovat f’pilota li jinvolvi sptarijiet, tobba u spiżeriji.
 
3. Kif ser jibbenefikaw iċ-ċittadini Ewropej?
L-ghan tal-proġett epSOS hu li-jiżviluppa u jittestja servizzi  li:
• Jippermettu li tobba jiċievu l-informazzjoni klinika li hemm fil-pajjiż ta’ fejn jgħix issoltu l-pazjent, tradotta fil-lingwa tagħhom.  Dan huwa possibbli biss meta l-pazjenti jagħtu l-kunsens tagħhom.

4.  X’riżultati mistennija li jagħti dan il-proġett?
Rakkommandazzjonijiet, speċifikazzjonijiet tekniċi, deskrizzjoni tas-sistemi, mudelli ta’ organizazzjoni, “software”, għodda tas-“software”, eċċ. li huma mmirati li jtejbu l-interoperabilità fuq livell multinazzjonali.
Barra minn hekk ikun hemm l-implementazzjoni tal-pilota f’diversi reġjuni.

5.  L-epSOS hu proġett ta’ “Kartuna tas-Saħħa” (“Health Card”)?
Le, epSOS mhux proġett ta’ Kartuna tas-Saħħa, għalkemm ċerti sistemi eżistenti ta’ komunikazzjoni u infrastruttura ta’ kartuni tas-saħħa huma integrati fil-proġett.  Aktar minn hekk, in-knowhow miksub minn proġetti simili ser jkunu inkluż fir-riżultat.

6.  Ir-rekord tiegħi ser tiġi trasmessa bl-email jew fax, u t-tagħrif dwar saħħti ser tiġi protetta?
Wieħed mill-kunċetti ewlenin tal-proġett huwa li tagħrif dejjem jibqa fil-pajjiż oriġinali tiegħek fejn hu miżmum taħt ir-regoli u l-linji-gwida legali ta’ dak il-pajjiż.

Waħda mill-prijoritajiet tal-proġett hu li ir-rekords mediċi jiġu protetti kontinwament u f’mod li jikkonforma mal-liġijiet tad-Data Protection tal-Ewropa u tal-pajjiż.  Dal-proċess għalhekk jaqa’ taħt regoli ta’ sigurta’ stretta.  Għaldaqstant it-tagħrif tiegħek ma jiġix trażmess permezz ta’ email jew fax.

7.  X’inhu “epSOS Point of Care (PoC)”?
Point of Care (PoC) huwa istituzzjoni medika li tipparteċipa fil-proġett tal-epSOS u tipprovdi servizzi epSOS.  PoC jista’ jkun, per eżempju, dipartiment ta’ l-emerġenza fi sptar, jew klinika tal-outpatients, jew spiżerija, jew kwalunkwe istituzzjoni medika oħra.  Hawnhekk issib lista ta’ Points of Care (PoC) li qed jipparteċipaw fil-proġett epSOS.  

8. X’inhuma s-servizzi tal-epSOS li offriet Malta?
Malta ippilotat li tibgħat u li tirċievi s-Sommarju tal-Pazjent (Patient Summary).  Intużaw ir-records li jinżammu fl-isptar Mater Dei, u meta persuna barranija kellha bżonn kura ta’ emerġenza fl-isptar Mater Dei, it-tobba ta’ l-Emerġenza setgħu jaċċessaw it-tagħrif dwar il-pazjent barrani.  Is-servizzi ta’ prova bdew jaħdmu f'Lulju tas-sena 2013.