Find former epSOS Services

Click here to find the Point(s) of Care which were live in each country!

Evalwazzjoni

Użajt is-servizzi tal-epSOS?  Għina biex is-servizzi jitjiebu fil-futur billi timla l-kwestjonarju!

Kwestjonarju għall-pazjenti

Kwestjonarju għall-professjonisti tas-saħħa

Evalwazzjoni għall-pazjenti

Il-kontribut tiegħek għas-servizzi ta’ l-epSOS: l-evalwazzjoni

Il-proġett pilota ta’ l-epSOS joffri lill-pazjenti l-opportunità li jirċievu servizzi tas-saħħa aħjar f’pajjiżi oħra Ewropej permezz ta’ skambju ta’ tagħrif b’mod sigur bejn il-pajjiżi.
L-evalwazzjoni tas-servizzi pilota ta’ l-epSOS għandha zewġ miri:

• Li tiġbor tagħrif u tanalizza l-ewwel esperjenzi u riżultati.

• Li turi kif is-servizzi ta’ l-epSOS jimpattaw l-interazzjoni bejn il-professjonist tas-saħħa u l-pazjent, kif ukoll kif dawn jimpattaw is-saħħa elettronika (eHealth) fl-Ewropa in ġenerali.
Rakkomandazzjonijiet għal aktar żvilupp fis-servizzi ta’ eHealth bejn pajjiż u ieħor ser ikunu bażati fuq ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni.
Għalfejn l-evalwazzjoni hi importanti u min għandu jimla l-kwestjonarju?

Is-servizzi ta’ l-epSOS ġew żviluppati biex jiffaċilitawlek ħajtek bħala ċittadin Ewropew meta tkun qed tivvjaġġa fl-Ewropa. Għalhekk l-esperjenza u l-opinjoni tiegħek huma importanti għall-proġett epSOS. Meta timla l-kwestjonarju tkun qed tgħin lit-tim ta’ l-epSOS jiddokumenta l-effiċjenza tas-servizzi ta’ l-epSOS u b’hekk tgħin biex is-servizzi jitjiebu fil-futur. Ir-risposti tiegħek huwa importanti għalina , sew jekk l-esperjenza tiegħek kienet pożittiva jew negattiva, sew jekk it-tabib irnexxilux jikseb it-tagħrif mediku dwarek jew le.

Mill-ewwel wara l-kuntatt tiegħek ma’ servizz ta’ l-epSOS ser tingħata l-karta tal-kwestjonarju fil-post fejn tkun irrikorrejt. Jekk jogħġbok imla l-kwestjonarju skont l-istruzzjonijiet u ssottometti l-kwestjonarju fl-istess post.

Biex tirrispondi sew huwa importanti li tqatta’ biżżejjed ħin beix taqra l-istruzzjonijiet sew.
X’jiġi evalwat?

Jekk ġejt f’kuntatt ma’ servizz ta’ l-epSOS, it-tim ta’ l-epSOS jixtieq jitgħallem mill-esperjenzi tiegħek. L-evalwazzjoni tiffoka l-aktar fuq dawn:

• Kont sodisfatt bis-servizzi?

• Ħassejtek sigur li t-tagħrif mediku tiegħek kien imħares sew u kien korrett?

Anonimità u privatezza

It-tagħrif kollu li int tipprovdi lill-proġett ta’ l-epSOS hu proċessat anonimament, trattat bl-akbar galbu u taħt l-ebda ċirkostanza ma jintbagħat lil terzi persuni. It-tagħrif dwarek jintuża biss għal fini ta’ statistika u ma toħroġ l-ebda konklużjoni dwarek personali.