Find former epSOS Services

Click here to find the Point(s) of Care which were live in each country!

Evalwazzjoni

Użajt is-servizzi tal-epSOS?  Għina biex is-servizzi jitjiebu fil-futur billi timla l-kwestjonarju!

Kwestjonarju għall-pazjenti

Kwestjonarju għall-professjonisti tas-saħħa

Evalwazzjoni għall-professjonisti tas-saħħa

Il-kontribut tiegħek għas-servizzi ta’ l-epSOS: l-evalwazzjoni

Il-proġett pilota epSOS joffri lill-professjonisti tas-saħħa l-opportunità li jaccessaw tagħrif mediku dwar pazjenti minn pajjiżi oħra Ewropej. L-evalwazzjoni tas-servizzi pilota għandha zewġ miri:

• Li tiġbor tagħrif u tanalizza l-ewwel esperjenzi u riżultati.

• Li turi kif is-servizzi ta’ l-epSOS jimpattaw i-interazzjoni bejn il-professjonist tas-saħħa u l-pazjent, kif ukoll kif dawn jimpattaw is-saħħa elettronika (eHealth) fl-Ewropa in ġenerali.

Rakkomandazzjonijiet għal aktar żvilupp fis-servizzi ta’ eHealth bejn pajjiż u ieħor ser ikunu bażati fuq ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni.

Il-feedback tiegħek, bħala professjonist tas-saħħa, huwa ta’ siwi kbirx għall-proġett epSOS għax jagħti ċans lit-tim ta’ l-epSOS jitgħallem mill-esperjenza tiegħek u b’hekk itejjeb is-servizzi ta’ l-epSOS.

Jekk jogħġbok imla l-kwestjonarju ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-epSOS online wara kull kuntatt ma pazjent li jinvolvi servizz ta’ l-epSOS. Tista taċċessa l-kwestjonarju billi tikklikkja Opens external link in new windowKwestjonarju għall-Professjonisti tas-Saħħa.

X’jiġi evalwat?

It-tim tal-proġett epSOS jimmira li jiġbor tagħrif dwar kif int tevalwa l-użu tas-servizzi tal-epSOS:

• Kont kuntent /mhux kuntent bis-servizzi?

• Ħassejtek sigur li t-tagħrif mediku kien imħares sew u kienet korrett?

Anonimità u privatezza

It-tagħrif kollu li int tipprovdi lit-tim tal-proġett epSOS hu proċessat anonimament, trattat bl-akbar galbu, u taħt l-ebda ċirkostanża ma tingħata lil terzi persuni. It-tagħrif dwarek jintuża biss għal fini ta’ statistika u ma toħroġ l-ebda konklużjoni dwarek personali.

Kwestjonarju tal-Pazjenti ta’ l-epSOS – Tagħrif importanti għall-Professjonisti tas-Saħħa

L-evalwazzjoni tas-servizzi ta’ l-epSOS li ssir mill-pazjent hija kkunsidrata importanti daqs tat-tabib. Għalhekk, kull pazjent li jieħu servizz ta’ l-epSOS jintalab jimla kwestjonarju wara li jkun ħa s-servizz.

Għall-kuntrarju tal-professjonisti tas-saħħa, li jimlew kwestjonarju online, il-pazjenti jimlew kwestjonarju stampat fuq karta. Il-professjonist tas-saħħa (jew impjegat ieħor) għandu jagħti kopja tal-kwestjonarju lill-pazjent, flimkien ma’ karta bl-istruzzjonijiet dwar kif għandu jimtela. Il-professjonisti huma mitluba li jgħidu lill- pazjenti dwar l-evalwazzjoni u jħeġġuhom jimlew il-kwestjonarju.

Il-pazjenti jistgħu iħallu l-kwestjonarju mimli fil-kaxxa pprovduta apposta l-iSptar, jew jistgħu jibagħtuh f’dan l-indirizz:

CAHIAQ, Agència d'Informació, Avaluació i Qualitat en Salut (AIAQS),

Montse Moharra, epSOS project,

Roc Boronat 81-95,

08005-Barcelona, SPAIN.

Jeżistu kwestjonarji bill-lingwi tal-pajjiżi kollha li qed jieħdu seħem fil-pilota epSOS. Dawn jistgħu jitniżżlu minn Opens internal link in current windowKwestjonarju tal-Pazjenti. Jekk hu mixtieq aktar tagħrif dwar il-proċess ta’ evalwazzjoni, it-tim nazzjonali ta’ l-epSOS jista’ jipprovdih (epsos.mfh@gov.mt, tel: 2545 5332).