Mistoqsijiet li jsiru spiss

1. Liem’ huma l-pajjiżi msieħba fil-proġett epSOS?

Il-proġett s’issa ħadu sehem fih 47 organizazzjoni minn 20 pajjiz tal-Unjoni Ewropeja u 3 pajjiżi oħra li mhumiex membri fl-UE.

Nazzjonijiet li s’issa ħadu parti fil-proġett epSOS

Awstrija

Italja

Slovakja

Belġju

Malta

Slovenja

Danimarka

Norveġja

Spanja

Estonja

Olanda

Svezja

Finlandja

Polonja

Svizzera

Franza

Portugall

Turkija

Ġermanja

Renju Unit   

Ungerija

Greċja

Repubblika Ċeka

 

Ma’ dawn huma mistenna li jingħaqdu l-Kroazja, il-Lussemburgu u l-Latvija.

 

2.  L-epSOS hu proġett ta’ riċerka?

Le.  L-epSOS huwa dak li jissejjah ”proġett ta’ support għall-politika tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni” (Information & Communication Technology Policy Support Project), minn fejn soluzzjonijiet tekniċi eżistenti joperaw u jikkomunikaw reċiprokament minn pajjiz għall-ieħor.  Dan ser jiġi pprovat f’pilota li jinvolvi sptarijiet, tobba u spiżeriji.
 
3. Kif ser jibbenefikaw iċ-ċittadini Ewropej?
L-ghan tal-proġett epSOS hu li-jiżviluppa u jittestja servizzi  li:
• Jippermettu li tobba jiċievu l-informazzjoni klinika li hemm fil-pajjiż ta’ fejn jgħix issoltu l-pazjent, tradotta fil-lingwa tagħhom.  Dan huwa possibbli biss meta l-pazjenti jagħtu l-kunsens tagħhom.

4.  X’riżultati mistennija li jagħti dan il-proġett?
Rakkommandazzjonijiet, speċifikazzjonijiet tekniċi, deskrizzjoni tas-sistemi, mudelli ta’ organizazzjoni, “software”, għodda tas-“software”, eċċ. li huma mmirati li jtejbu l-interoperabilità fuq livell multinazzjonali.
Barra minn hekk ikun hemm l-implementazzjoni tal-pilota f’diversi reġjuni.

5.  L-epSOS hu proġett ta’ “Kartuna tas-Saħħa” (“Health Card”)?
Le, epSOS mhux proġett ta’ Kartuna tas-Saħħa, għalkemm ċerti sistemi eżistenti ta’ komunikazzjoni u infrastruttura ta’ kartuni tas-saħħa huma integrati fil-proġett.  Aktar minn hekk, in-knowhow miksub minn proġetti simili ser jkunu inkluż fir-riżultat.

6.  Ir-rekord tiegħi ser tiġi trasmessa bl-email jew fax, u t-tagħrif dwar saħħti ser tiġi protetta?
Wieħed mill-kunċetti ewlenin tal-proġett huwa li tagħrif dejjem jibqa fil-pajjiż oriġinali tiegħek fejn hu miżmum taħt ir-regoli u l-linji gwida legali ta’ dak il-pajjiż.

Waħda mill-prijoritajiet tal-proġett hu li ir-rekords mediċi jiġu protetti kontinwament u f’mod li jikkonforma mal-liġijiet tad-Data Protection tal-Ewropa u tal-pajjiż.  Dal-proċess għalhekk jaqa’ taħt regoli ta’ sigurta’ stretta.  Għaldaqstant it-tagħrif tiegħek ma jiġix trażmess permezz ta’ email jew fax.

7.  X’inhu “epSOS Point of Care (PoC)”?
Point of Care (PoC) huwa istituzzjoni medika li tipparteċipa fil-proġett tal-epSOS u tipprovdi servizzi epSOS.  PoC jista’ jkun, per eżempju, dipartiment ta’ l-emerġenza fi sptar, jew klinika tal-outpatients, jew spiżerija, jew kwalunkwe istituzzjoni medika oħra.  Hawnhekk issib lista ta’ Points of Care (PoC) li qed jipparteċipaw fil-proġett epSOS.  

8. X’inhuma s-servizzi tal-epSOS li ser toffri Malta?
Malta ser tippilota li tibgħat u li tirċievi s-Sommarju tal-Pazjent (Patient Summary).  Prinċipalment, ser jintużaw ir-records li jinżammu fl-isptar Mater Dei, u jekk persuna barranija jkollha bżonn kura ta’ emerġenza fl-isptar Mater Dei, it-tobba ta’ l-Emerġenza jkunu jistgħu jaċċessaw it-tagħrif dwar il-pazjent barrani.  Hu mistenni li dawn is-servizzi ta’ prova jibdew jaħdmu lejn nofs is-sena 2013.