Ikklikkja hawn biex issib pajjiżi li qed joffru dan is-servizz.

epSOS - proġett Ewropew għal servizz elettroniku tas-saħħa

epSOS Smart Open Services for European Patients huwa proġett Ewropew ta’ skambju ta’ informazzjoni elettronika tas-saħħa.  Il-proġett huwa parzjalment finanzjat minn fondi tal-Kummissjoni Ewropeja u l-imseħbin tagħha.  Dan il-progett jiffoka fuq li jtejjeb it-trattament mediku ghaċ-ċittadini waqt li dawn ikunu msefrin f’ pajjiżi mseħbin, billi jipprovdi lit-tobba barranin bl-informazzjoni medika meħtieġa għall-kura tal-pazjent.

Il-proġett epSOS jimmira li jiddiżinja, jibni u jevalwa infrastruttura għal servizz li juri kif informazzjoni medika tista tiġi skambjata ma’ sistemi oħra elettroniċi tas-saħħa f’pajjiżi oħra Ewropej.